Il-vittmi tal-abbużi sesswali minn qassisin se jmorru fil-Qorti Ewropea

MALTA
iNews

[Victims of sexual abuse by priests in Malta will go to the European Court.]

Il-vittmi ta’ abbużi sesswali minn tliet qassisin, liema vittmi ilhom 13-il sena jistennew li ssir ġustizzja magħhom billi jingħataw kumpens finanzjarju, issa permezz tal-avukati tagħhom talbu lill-Qorti biex tagħti is-sentenza. Fl-aħħar seduta li kellhom quddiem il-Qorti tal-Appell, huma talbu li tingħata s-sentenza. Il-vittmi issa qed jagħmluha ċara li l-ħsieb tagħhom hu li jkomplu l-ġlieda quddiem il-Qorti Ewropea.

Lawrence Grech f’kumment lil Inewsmalta qal li “fl-aħħar jiem kompla jinstema’ l-appell wara li s-seduti ta’ qabel kienu għal tliet darbiet differiti. L-avukati tagħna talbu li mmorru għas-sentenza. Is-seduta li jmiss hi fil-15 ta’ Marzu. Wara il-ħsieb tagħna hu li niftħu proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea”.

Note: This is an Abuse Tracker excerpt. Click the title to view the full text of the original article. If the original article is no longer available, see our News Archive.